Paris Saint-Germain u l-partitarji tagħhom jinsabu inkwetat minħabba l-kundizzjoni ta’ Ousmane Dembelé, li ħareġ imweġġa’ mill-ewwel leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League kontra Arsenal bil-Pariġini li rebħu 1-0. Il-winger attakkant Franċiż fil-fatt sofra injury fil-muskoli li tpoġġi fid-dubju l-preżenza tiegħu fil-partita tar-ritorn skedata għall-Erbgħa li ġej fil-Parc des Princes.
Il-klabb Pariġin ħareġ aġġornament mediku u jidher li Dembélé sofra injury fil-muskolu tal-hamstring fil-koxxa tal-lemin tiegħu, iżda l-kundizzjoni tiegħu qed titjieb.
Dembele hu parti importanti mill-iskwadra tal-klabb champion ta’ Franza.