Wednesday, October 9, 2024

Ousmane Diomande bejn Arsenal u Chelsea?

Aqra wkoll

Ousmane Diomande bħalissa qed jilgħab mal-Kosta tal-Avorju fit-tazza Afrikana. Hu reġistrat ma’ Sporting Lisbon u bħala difensur qed jispikka ferm fl-ogħla diviżjoni Portugiża. Dawn il-wirjiet ma ħarbux l-attenzjoni ta’ Arsenal u Chelsea li kkuntattjaw lir-rappreżentant tiegħu fit-tentattiv li jiksbu l-firma tiegħu.

Diomande għandu 20 sena u matul dan l-istaġun lagħab 21 darba bejn kampjonat, league cup u UEFA Europa League fejn skorja żewġ gowls u wettaq assist wieħed.

Sport