Saturday, November 23, 2024

“Pajjiżi żgħar bħal Malta għandu jkollhom aċċess ġust u affordabbli għal vaċċini u trattamenti għall-Covid-19”

Aqra wkoll

Miriam Dalli tgħid li dan għandu japplika wkoll għal trattamenti ta’ mard rari

“Il-membri stati kollha, inkluż stati żgħar bħal Malta għandu jkollhom aċċess ġust u affordabbli għal vaċċini u trattamenti futuri għall-Covid-19.” Qalet dan il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista għall-Parlament Ewropew Miriam Dalli.

Dalli tenniet li dan għandu jkun il-każ għal trattamenti għal mard rari. “F’pajjiżi żgħar bħal tagħna minħabba li hemm numru żgħir ta’ pazjenti b’mard rari, wħud mill-mediċini ma jkunux disponibbli jew ikunu wisq għoljin.”

L-MEP Laburista temmet tgħid li dan mhuwiex aċċettabbli. Fl-istess waqt tenniet l-impenn tagħha li tibqa’ taħdem biex tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.

Sport