Sunday, February 23, 2025

Papa Franġisku kellu lejl ta’ mistrieħ… iżda għadha f’qagħda kritika

Aqra wkoll

Papa Franġisku kellu lejl ta’ mistrieħ, iżda xorta waħda għadhu f’qagħda kritika. Hekk ħabbar l-uffiċju tal-midja tal-Vatikan f’bullettin mediku li jagħti darbtejn kuljum.

Kien nhar is-Sibt filgħaxija meta l-Vatikan ħabbar li l-kundizzjoni medika ta’ Papa Franġisku kienet marret għall-agħar u dan minħabba li kellu jieħu ħafna ossiġġnu. Iżda fl-istess waqt Papa Franġisku baqa’ bi spirtu pożittiv.

Quddiem l-Isptar Gemelli f’Ruma, it-tabib Sergio Alfieri li l-kap tal-tobba tal-Papa, flimkien mat-tabib Luigi Carbone li hu viċi direttur tas-servizz tas-Saħħa tal-Vatikan tkellmu għal 40 minuta mal-ġurnalisti.

Huma qalu li s’issa ma hemm l-ebda data ta’ meta Papa Franġisku jista’ joħroġ mill-Isptar tant li qalu li jemmnu li matul il-jiem li ġejjin żgur li se jibqa’ hemm.

It-Tabib Alfieri qal lill-ġurnalisti li l-Papa m’għandux ventilator biex ikun jista’ jieħu n-nifs, iżda qal ukoll li qiegħed ibati biex jagħmel dan.

Saħaq li matul il-ġurnata Papa Franġisku kien kważi l-ħin kollu fuq is-siġġu, u kien qiegħed jiċċajta bħalma jagħmel dejjem. Fil-fatt hu qal li meta daħal ħdejn qallu “Hello Holy Father” filwaqt li l-Papa rrispondih “Hello, Holy Son”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport