Sunday, November 24, 2024

Papu Gomez sospiż sentejn wara li falla test tad-doping

Aqra wkoll

Mill-Arġentina ħarġet l-aħbar xokkanti li l-midfielder internazzjonali, Papu Gomez, ġie sospiż sentejn wara li nstab pożittiv għad-doping .

Huwas falla test tad-droga wara li allegatament li xorob il-ġulepp ta’ uliedu fil-preparazzjoni għall-kampjonat.

Gomez baqa’ jinsisti li mingħajr ma kien jaf huwa xorob il-ġulepp mingħajr ma jikkonsulta mat-tobba ta’ Sevilla wara li raqad ħażin.

Jista’ jkun hemm tħassib dwar jekk l-Arġentina tiġi mneżża’ mit-titlu ta’ champions tad-dinja minħabba l-azzjoinijiet ta’ Gomez. 

Madankollu, skond il-Kodiċi Dinji ta’ Kontra d-Doping, la t-team nazzjonali u lanqas il-club tiegħu ma kienu se jirriskjaw li jitilfu l-unur li rebħu.

Sport