Tuesday, May 14, 2024

Paris SG bejn il-coaches Julian Nagelsmann u Luis Enrique?

Aqra wkoll

Minkejja li Paris St Germain ilhom isemmu li l-kowċ li jmiss se jkun Julian Nagelsmann, jidher li ma kienx hemm żblokk fis-sitwazzjoni u kollox baqa’ staġnat.

It-tim mill-belt kapitali Franċiża ma jistax jistenna aktar u għalhekk qed jaħseb sabiex jikkuntattja lil Luis Enrique, eks-kowċ tat-tim nazzjonali Spanjol. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit ukoll minn Napoli u West Ham United.

L-għan ta’ PSG hu li jistabilixxu min se jmexxihom għall-istaġun li ġej u jippruvaw jagħmlu kollox bl-ordni f’sitwazzjoni ferm konfuża li għaddejjin minnhom bħalissa.

Sport