Sunday, May 5, 2024

Il-Pulizija tikkjarifika dwar il-każ ta’ Dimech … tgħid li kien notifikat

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda tinforma lill-pubbliku li Ryan Dimech – ir-raġel li kien imfittex lbieraħ ġie interċettat mal-wasla f’Malta minn Sqallija.

Il-Korp tal-Pulizija fi stqarrija kkjarifika li kuntrarju għal dak li ġie rrappurtat fuq xi mezzi tal-midja, il-persuna mfittxija kien inizzjalment notifikat biex jidher il-Qorti madanakollu peress li naqas li jattendi għas-smiegħ, il-Maġistrat li qed tippresjedi l-każ ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tiegħu.

Qalet ukoll li wara diffikultajiet biex dan jinstab tat ordni lill-pulizija sabiex jinħareġ avviż fuq il-mezzi tal-midja, bil-għan li l-persuna tinstab mill-aktar fis possibbli sabiex titkompla l-kawża biex jiġi wkoll salvagwardjat l-interess tal-vittma.

Min-naħa tiegħu l-istess Dimech b’reazzjoni għat-talba tat-tfittxija tiegħu kiteb li huwa bniedem tax-xogħol u li kien qiegħed barra fuq xogħol.

Sport