Thursday, March 28, 2024

Parti mix-xogħol ta’ rinovazzjoni li qed isir fl-appartamenti ta’ Puttinu

Aqra wkoll

Il-fire extinguishers, fire blankets, sokits u gvieret ġodda, xogħol fuq iċ-ċnut u t-tisbiħ tal-ħdura, huwa ftit mix-xogħol li jinsab għaddej fl-appartamenti ta’ Puttinu fl-Ingilterra.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, il-mexxejja ta’ Puttinu Cares kienu ħabbru li jinsabu Londra sabiex ikunu jistgħu jsegwu mill-qrib il-progress tal-binja li nxtrat f’Londra mid-donazzjonijiet tal-poplu Malti sabiex titgawda mill-Maltin u l-Għawdxin mingħajr ħlas f’mumenti ta’ bżonn.

Huma temmew il-messaġġ tagħhom billi rringrazzjaw lill-poplu għas-sapport u l-imħabba li qed juru lejn Puttinu u lejn il-pazjenti permezz tad-donazzjonijiet.

Ekonomija

Sport