Saturday, December 21, 2024

“Partit li jqassam il-ġid b’mod ġust bejn kulħadd” – L-MEP Alex Agius Saliba

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn naħa tiegħu, il-Viċi President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew u l-Membru tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba qal li qatt mhu faċli li terfa’ r-responsabbiltà ta’ tmexxija ta’ pajjiż.

Waqt l-attività Politika min-Nadur huwa qal li kienu sentejn li matulhom kull sfida li sab ma’ wiċċu Robert Abela daħal għaliha b’kuraġġ, b’determinazzjoni u billi fl-aħħar mill-aħħar ta serħan il-moħħ lin-nies u lin-negozji. Qal li fl-eqqel tal-pandemija, pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta’ qgħad. 

Agius Saliba qal li jinsab kburi b’Robert Abela bħala Prim Ministru. “Kburi mhux għaliex fi stħarriġ wara l-ieħor, baqa’ jżid u jsaħħaħ il-maġġoranza tal-Partit Laburista iżda għax dan hu verament Prim Ministru tan-nies.”

“Prim Ministru b’valuri soċjali demokratiċi b’saħħithom, li jħenn għall-aktar nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Aħna l-Partit li jqassam il-ġid b’mod ġust bejn kulħadd, li jieħu gost bis-suċċessi ta’ pajjiżna u mhux bid-deni,” tenna Agius Saliba.

Ekonomija

Sport