Monday, December 23, 2024

“Partit miftuħ għall-ideat, għall-kritika kostruttiva u għad-diskussjoni” – Ramona Attard

Aqra wkoll

“Aħna kburin li Maltin. Aħna nħobbu lil Malta. Għalhekk kull deċiżjoni li nieħdu, neħduha biex inkomplu ntejbu u nġeddu lil Malta. Niġġeddu għax min ma jiġġeddidx jiskadi u jistgħaġna.”

Qalet dan il-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard fil-ftuħ tal-konferenza organizzata mill-PL bit-tema “Inġeddu l-politika għal poplu b’saħħtu”.

Hija enfasizzat li: “Niġġeddu flimkien għax naspiraw għal tiġdid ulterjuri, tiġdid li jagħtina l-aħjar kwalità ta’ ħajja li qatt kellna. Is-saħħa tagħna hi meta nkunu flimkien. Ejja mhux biss nipprepraw Malta għall-futur imma rridu ngawdu lil Malta bi kwalità aħjar issa fil-preżent. Malta isbaħ b’aktar spazji miftuħa aktar bilanċ bejn il-ħajja, b’servizzi li diġà jingħataw ikomplu jitjiebu.”

Tenniet li din il-konferenza hi xhieda tad-determinazzjoni li f’dan il-pjan ambizzjuż għal pajjiżna, ikun involut kulħadd. Qalet li: “Aħna ma rridux Malta tal-passat imma tal-preżent u l-futur. Għall-attakki nirrispondu billi nibqgħu sodi fil-viżjoni tagħna. Billi nħabbtu aktar bibien, ninżlu fil-pjazez u nisimgħu lin-nies.”

Dr Attard qalet li dan il-Partit huwa miftuħ għall-ideat, għall-kritika kostruttiva u anke għad-diskussjoni. Żiedet tgħid li din il-konferenza mhix eżerċizzju kożmetiku imma eżerċizzju ta’ onestà li trid tfassal il-politika għall-preżent u għall-futur.

“L-appell huwa li nkunu onesti ma’ xulxin. Aħna qegħdin hawn biex nisimgħu u dan il-gvern għandu kredibilità li mhux biss jisma’ imma jwettaq u għalhekk il-kontribut ta’ kulħadd huwa importanti,” temmet tgħid Dr Attard.

Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Daniel Micallef semma kif “illum ninsabu f’pożizzjoni li niddiskutu l-futur għax pajjiżna tmexxa u qed jitmexxa b’għaqal kbir matul il-pandemija. Illum fis-settur tas-saħħa m’għadniex nitkellmu fuq il-bażiku, nitkellmu kif se ngħollu l-livell ta’ dak li diġà għandu livell għoli.”

Ekonomija

Sport