Aħbar xejn sabiħa ġejja mill-Arġentina hekk kif partitarja ta’ Rosario Central ġiet maqtula qabel il-partita tal-kampjonat kontra Newell’s Old Boys. Skont xhieda li kienu fil-post, il-partitarja li kienet liebsa l-flokk tal-klabb, kienet fuq mutur meta xi nies li kienu f’karozza oħra bdew jitfgħulha l-ġebel.
B’xorti ħażina, waħda mill-ġebel mitfugħa laqtet eżatt ras din il-mara li waqgħet mal-art mitlufa minn sensiha.
Sadanittant, Rosario Central ħarġu stqarrija sabiex jikkundannaw din l-aġir li huma sejħulu bħala kodard.