Wednesday, July 24, 2024

Robert Lewandowski attirat minn klabbs mill-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Pollakk Robert Lewandowski qed jiġi attirat minn diversi klabbs mill-Arabja Sawdija.

L-eks attakkant ta’ Bayern Munich li bħalissa qed jilgħab ma’ Barcellona qed jaħsibha li kif jispiċċa dan l-istaġun, jibda karriera ma’ xi tim tas-Saudi Pro League.

Sadanittant, Lewandowski għandu kuntratt ma’ Barcellona sas-sena 2026 u kollox jista’ jiġri fix-xhur li ġejjin.

Matul dan l-istaġun, Lewandowski skorja ħames gowls fi tmien logħbiet mal-Katalani.

Ekonomija

Sport