Tuesday, December 24, 2024

Partitarji Pollakki jheddu li ma jmorrux jaraw lit-tim nazzjonali

Aqra wkoll

Grupp ta’ partitarji tat-tim nazzjonali Pollakk tal-futbol Ultras Polska 23 għadhom kemm ħarġu stqarrija fejn qed jheddu li jibbojkotjaw il-partita li jmiss tat-tim tagħhom bħala forma ta’ protesta kontra l-għoli fil-prezz tal-biljetti. 

Il-Polonja jmisshom jilagħbu l-logħba tagħhom mill-fażi ta’ kwalifikazzjoni għal EURO 2024 kontra l-Gżejjer Faroe fl-Istadium Nazzjonali f’Varsavja iżda din tista’ ssir mingħajr spettaturi li jissimpatizzaw mal-Polonja ġaladarba ma jkunx hemm roħs fil-biljetti. 

Din tista’ tkun it-tieni darba li l-partitarji Pollakki jagħmlu dan hekk kif l-istess ħaġa ġrat fis-sena 2009.

Ekonomija

Sport