Sunday, May 19, 2024

Passiġġier iweġġa’ gravi u s-sewwieq jeħlisha ħafif f’ħabta fix-Xewkija

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tad-9:00 a.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-Imġarr ix-Xewkija Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn krejn Tadano misjuq minn raġel ta’ 37 residenti Għajnsielem u vann Isuzu KB misjuq minn Ġermaniż ta’ 48 sena. Fil-vann kien hemm ukoll passiġġier Ġermaniż ta’ 48 sena.

Fil-post issejħu ambulanzi u tim mediku li assistew liż-żewġ Ġermaniżi sakemm setgħu jittieħdu lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Aktar tard irriżulta li s-sewwieq kien sofra minn ġrieħi ħfief filwaqt li l-passiġġier sofriet minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport