Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Jien il-futbol minn dejjem kien ġo fija. Missieri dejjem ħeġġiġna lili u lil ħija biex inkunu involuti fil- logħba tal-futbol. Kif taf int jien bdejt bħala plejer, fejn lgħabt kważi mitt logħba Premier ma’ Pietá u mqabba, fl-Ewwel Diviżjoni lgħabt ma’ Mqabba u Birzebbugia, fit-Tieni Diviżjoni lgħabt ma’ Luqa u Zurrieq, u fit-Tielet Diviżjoni lgħabt ukoll ma’ Luqa u Zurrieq fejn ma’ dawn iż-żewġ timijiet ġejna promozzi, u ma’ Zurrieq kont ukoll irbaħt l-unur tal-Plejer tas-Sena tat-Tielet Diviżjoni. Issa ovvjament bħala plejer dak kien il-passat u l-futur qed jindika l-kariga ta’ kowċ.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek bħala kowċ ta’ Mqabba FC.
L-esperjenza preżenti tiegħi bħala kowċ ta’ Mqabba FC hija waħda eċċezzjonali. Għandi tim tajjeb jaħdem miegħi, fosthom membri tal-klabb, kumitat u plejers, kulħadd magħqud u flimkien ukoll għandna president li għadu żgħir u b’ħafna enerġija pożittiva lejn il-klabb, u nemmen li qed jagħmel ġid kbira għall-klabb ta’ Mqabba u żgur li f’qasir żmien nerġgħu naraw lit-tim ta’ Mqabba fejn tassew jistħoqqlu.
X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?
L-andamant tat-tim huwa wieħed tajjeb ħafna. Issa qegħdin pass ‘il bogħod milli nilagħbu għall-promozzjoni. Għamilna xogħol tajjeb ħafna f’Jannar u komplejna nsaħħu t-tim.
X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?
It-tragward tagħna mill-bidu tal-istaġun kien wieħed – dak li niksbu l-promozzjoni.
Kif tqis il-livell tal futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Ifhem, naħseb li fid-diviżjonijiet mhux Premier, il-futbol Malti qed javvanza. Nemmen li r-raġuni hija waħda – għax plejers Maltin qed jinżlu f’divżjoni inferjuri peressli mhux qed jingħataw iċ-ċansijiet tagħhom fl-ogħla diviżjoni.
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Ifhem, bħala training grounds ta’ Mqabba fil-veritá huma tajbin, imma bħala grawnds fejn jintlagħbu l- logħob huma ta’ livell baxx, speċjalment il-groawnd tas-Sirens, fl-opinjoni tiegħi.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Pass pass. Nagħmlu dan l-istaġun u ovvjament nibqgħu nħarsu l quddiem!
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.
Ħaġa waħda – passjoni, konsistenza u dedikazzjoni jwassluk għas-suċċessi mixtieqa!