Wednesday, April 24, 2024

Paul Pogba għandu jiddeċiedi jekk issirlux operazzjoni f’irkopptu

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Franċiż, Paul Pogba għandu jiddeċiedi jekk issirlux operazzjoni f’irkopptu wara li sofra injury waqt it-taħriġ ftit jiem wara li ngħaqad ma’ Juventus bi free transfer mingħand Manchester United.

Prattikament huwa għandu żewġ għażliet … jew jitlef il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li se ssir f’Novembru li ġej fil-Qatar jew inkella jipperikola l-karriera tiegħu.

Pogba, li għandu 29 sena, sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa u għaldaqstant l-Erbgħa għandu jmur Lyon biex jiġi invistat minn speċjalista.

Sport