Wednesday, March 27, 2024

Logħob tal-Commonwealth: Roberta Tabone tirreġistra l-aħjar riżultat personali fil-weightlifting

Aqra wkoll

L-atleti ta’ Malta fil-Logħob tal-Commonwealth komplew bl-impenji tagħhom wara r-riżultat eċċitanti tal-bieraħ fejn Katryna Esposito kisbet midalja tal-bronż.

Il-weightlifter Roberta Tabone, li għamlet id-debutt tagħha fil-Logħob tal-Commonwealth ikkompetiet fil-kategorija ta’ 71kg. Tabone temmet il-kompetizzjoni bl-aqwa snatch personali ta’ 86kg, segwita minn clean and jerk ta’ 105kg. It-total tagħha ta’ 191kg huwa l-aħjar riżultat personali tagħha. Hija spiċċat fit-tmien post. Il-kompetizzjoni intrebħet mill-Ingilterra Sarah Davies li pproduċiet Games Record ta’ 229. Hija kienet segwita mill-Kanada Alexis Ashworth u Harjinder Kaur tal-Indja.

Intant illum waranofsinhar l-isprinter Carla Scicluna kienet fl-azzjoni fil-heats ta’ kwalifikazzjoni tal-100m tan-Nisa. Scicluna kkompiet fil-heat numru 4.  Il-ħin ta’ Scicluna ta’ 11.89 sekondi ma kienx biżżejjed biex hi tgħaddi għar-rawnd li jmiss, għalkemm kien itjeb mill-ħin ta’ 11.97 li kisbet fil-Kampjonat Nazzjonali. Il-Heat intrebħet minn Rosemary Chukwuma tan-Niġerja fi 11.02 sekondi.

Aktar tard illum waranofsinhar il-Lawn Bowlers ta’ Malta jilagħbu l-ewwel partita tagħhom fil-kompetizzjoni tal-Men’s Fours meta jilqgħu kontra l-Iskozja. Malta’s Women’s Pairs se jieħdu r-rink għada filgħodu meta jieħdu l-Gżira Norfolk.

Għada l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu hija ġurnata impenjattiva għall-atleti Maltin li se jkunu qed jikkompetu fil-Weightlifting, Lawn Bowls, Badminton, Atletika u Judo.

Ekonomija

Sport