Wednesday, April 24, 2024

Probation wara li ħebb għal nanntu għax ried il-flus għad-droga

Aqra wkoll

Raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi tqiegħed taħt ordni ta’ probation wara li ammetta li ħebb għal nanntu għax ried il-flus għad-droga u kkaġunalha ġrieħi ħfief.

Il-każ seħħ fit-18 ta’ Lulju li għadda. Huwa ammetta wkoll li għamel ħsara fi proprjetà ta’ ħaddieħor, liema ħsara tammonta għal inqas minn €2,500 għad-dannu tan-nanna tiegħu.

Għall-finijiet ta’ piena, il-Qorti kkunsidrat in-natura tar-reati li tagħhom l-imputat kien qed jinstab ħati u l-fatt li huwa kien ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri. Il-Qorti kkunsidrat ukoll il-fatt li l-imputat għandu bżonn l-għajnuna u trattament sabiex jikkontrolla r-rabja tiegħu kif ukoll għall-vizzju tad-droga li huwa għandu.

Kien għalhekk li poġġietu taħt ordni ta’ probation u taħt ordni ta’ trattament għall-perjodu ta’ tliet snin. Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-ħati għal perjodu ta’ sentejn sabiex tipprovdi għas-sigurtà ta’ nanntu.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Sherona Buhagiar.

Sport