Thursday, May 14, 2026

Għaddejja investigazzjoni dwar sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol qegħdin jinvestigaw rapporti dwar sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar.

L-Awtoritajiet ħarġu immedjatament ordni biex jitwaqqaf ix-xogħol u qegħdin jikkordinaw u jieħdu kull deċiżjoni neċessarja flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex tiġi mħarsa s-sigurtà tar-residenti u tal-madwar.

Intant bħala miżura ta’ prekawzjoni saret evakwazzjoni kontrollata filwaqt li kompla l-moniteraġġ L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni flimkien mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-xogħol qegħdin jinvestigaw rapporti dwar sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar.

L-Awtoritajiet ħarġu immedjatament ordni biex jitwaqqaf ix-xogħol u qegħdin jikkordinaw u jieħdu kull deċiżjoni neċessarja flimkien mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex tiġi mħarsa s-sigurtà tar-residenti u tal-madwar.

F’kumment ma’ dan is-sit il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Dr Jonathan Attard qal li bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-Awtoritajiet ipoġġu s-sigurtà pubblika qabel kull konsiderazzjoni oħra u għalhekk ipproċedew b’evakwazzjoni kkontrollata bħala miżura ta’ prekawzjoni. F’dan l-istadju, ikun prematur li jingħadu aktar kummenti qabel ma jintemmu l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

L-Awtoritajiet, flimkien ma’ esperti tekniċi esterni indipendenti, se jkomplu jevalwaw is-sitwazzjoni bir-reqqa u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa kif xieraq.

Il-BCA se tibqa’ f’kuntatt mal-partijiet terzi affettwati u qed tipprovdi l-appoġġ u l-assistenza kollha meħtieġa matul dan il-proċess.-sit.

F’kumment ma’ dan is-sit il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Dr Jonathan Attard qal li bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-Awtoritajiet ipoġġu s-sigurtà pubblika qabel kull konsiderazzjoni oħra u għalhekk ipproċedew b’evakwazzjoni kkontrollata bħala miżura ta’ prekawzjoni. F’dan l-istadju, ikun prematur li jingħadu aktar kummenti qabel ma jintemmu l-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin.

L-Awtoritajiet, flimkien ma’ esperti tekniċi esterni indipendenti, se jkomplu jevalwaw is-sitwazzjoni bir-reqqa u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa kif xieraq.

Il-BCA se tibqa’ f’kuntatt mal-partijiet terzi affettwati u qed tipprovdi l-appoġġ u l-assistenza kollha meħtieġa matul dan il-proċess.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport