Monday, May 13, 2024

Paul Pogba ikkritikat mill-ġurnali Taljani

Aqra wkoll

Diversi ġurnali Taljani, partikolarment minn Turin ikkritikaw bl-aħrax l-għażla ta’ Paul Pogba li minflok jagħti s-sapport tiegħu lil Juventus fil-logħba li kellhom il-Ħadd li għadda kontra Inter, iddeċieda li jmur fl-Emirati Għarab Magħquda sabiex jara l-Grand Prix tal-Formula 1 ma’ sieħbu Patrice Evra.

Pogba, li diġa’ ilu xahrejn u nofs sospiż, għadu jrid jerġa’ jidher quddiem il-ġustizzja sportiva fit-tentattiv li jevita li jiġi skwalifikat għal erba’ snin wara li naqas milli jgħaddi mit-test tad-doping fejn instab pożittiv.

L-istess gazzetti Taljani qal li Pogba kien iktar jaqta’ figura tajba li kieku baqa’ f’Turin jagħti l-appoġġ lil sħabu kontra i Nerazzurri.

Sport