L-attakkant Arġentin Paulo Dybala iddeċieda li jibqa’ ma’ Roma għallinqas għall-istaġun li ġej u għalhekk bidel kompletament l-intenzjoni tiegħu. Kollox kien lest sabiex il-plejer Arġentin jingħaqad ma’ Al Qadsiah fl-Arabja Sawdija iżda wara li ra l-affarijiet sew, hu ma xtaqx jibdel it-tim.
Dybala kellu ċ-ċans jaqla’ s-somma ta’ €75 miljun fi tliet snin b’Al Qadsiah li kienu se jżidulu wkoll xi flus minn xi bonuses.