Wednesday, July 24, 2024

Paulo Fonseca imfittex minn żewġ klabbs Franċiżi

Aqra wkoll

Wara diversi staġuni fejn donnu xejn ma beda jiġih tajjeb, il-kowċ mill-Mozambique Paulo Fonseca sejjer tajjeb ferm mal-klabb tiegħu Lille hekk kif jinsab fir-raba’ post tal-klassifika b’ċans kbir li jikkwalifikaw għall-edizzjoni li jmiss tal-UEFA Champions League.

Hu għandu kuntratt sat-30 ta’ Ġunju li ġej b’Lille li se jippruvaw iġeddu dan il-ftehim qabel ma jitħajru Olympique Marseille u Olympique Lyon li wkoll jixtiequ s-servizzi tiegħu.

Fonseca għandu 51 sena mexxa diversi timijiet fosthom AS Roma, Braga, Shaktar Donetsk u Porto.

Ekonomija

Sport