Wednesday, July 24, 2024

PBC Table Tennis Bluegrip u Alpha Alberta Group jaqsmu l-ewwel post tat-tieni diviżjoni

Aqra wkoll

Hekk kif ma kienx hemm logħob mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-table tennis, l-attenzjoni marret fuq it-tieni diviżjoni fejn żewġ timijiet jinsabu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika b’31 punt.

Fil-fatt, PBC Table Tennis Bluegrip u Alpha Alberta Group it-tnejn rebħu bl-iskor identiku ta’ 4-2 kontra HITT Academy ITX u Top Spin TT Academy Valletta Pay Fraser rispettivament.

Dawn iż-żewġ timijiet għandhom erba’ punti vantaġġ fuq l-eqreb rivali Top Spin TT Valletta Academy Pay Hexer li min-naħa tagħhom iddominaw il-logħba tagħhom kontra Top Spin TT Academy Pay Novacell 6-0.

F’aktar riżultati, Top Spin TT Academy Pay Supercores batew sabiex għelbu lil PBC Table Tennis Bluefire 4-3 filwaqt li HITT Academy Valletta għelbu faċilment lil HITT Academy Legends 6-0.

Sadanittant hekk kif jispiċċa l-ewwel round ta’ kull diviżjoni, il-kampjonat se jinqasam u jkompli bit-tieni round fejn l-ewwel sitt timijiet se jkunu qed jissieltu għar-rebħ tal-kampjonat filwaqt li l-aħħar grupp ta’ timijiet se jkunu qed jissieltu sabiex ma jaqgħux.

Sadanittant dawn kienu r-riżultati mid-diviżjonijiet l-oħra:

It-Tielet Diviżjoni

Alpha Codexx – Kindred 1-5

HiTT Academy Knights – Topspin TT Academy Valletta Pay Munro 3-4

HiTT Academy 5Q – Topspin TT Academy Skelton 6-0

HiTT Academy Sports Experience – HiTT Academy Masters 5-1

Alpha Dynatec – Topspin TT Academy Omegaed 6-0

MITTC Butterfly Tenergy- Alpha Sensus 1-5

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp tal-Promozzjoni

Sharp Shot Academy XIOM – Sharp Shot Academy Petrolea 4-2

Sharp Shot Academy Playmobil – Alpha Youths 6-0

Sharp Shot Academy Flick – Topspin TT Academy Kanter 4-3

Alpha Firebolt – PBC Table Tennis Bluestorm 3-4

Ir-Raba’ Diviżjoni – Grupp tal-Klassifikazzjoni

Sharp Shot Academy Omega – Topspin TT Academy Beta 6-0

MITTC Butterfly Mizuno – Alpha Nexxus 1-5

HiTT Academy Kyte Consultants – Sharp Shot Academy Novus 2-4

Ekonomija

Sport