Wednesday, July 24, 2024

Scott Muscat jikseb suċċess fis-sitt tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-Blackball

Aqra wkoll

Scott Muscat rebaħ is-sitt tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Blackball 2024 meta fil-finali għeleb lil Lydan Debono 10-8.

Bħas-soltu l-konfront kien wieħed intensiv bi Scott Muscat li kien minn taħt fil-bidu tal-logħba. Minkejja kollox, hu żamm il-konċentrazzjoni sabiex dawwar l-iskor favurih u minkejja li Debono dejjem kien viċin tiegħu, xorta waħda ħareġ rebbieħ.

Sadanittant f’aktar finali, Deacon Formosa għeleb lil Matthias Debono 9-5 fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena filwaqt li f’dik ta’ taħt it-18-il sena, Nordai Desira ħareġ rebbieħ fuq Steven Muscat 9-7.

Fil-kategoriji tal-aktar plejers ta’ esperjenza f’din il-logħba, Chris Tabone kien aħjar minn Kevin Schembri sabiex rebaħ il-finali ta’ ‘l fuq minn 40 sena wara skor ta’ 10-8 filwaqt li f’dik ta’ ‘l fuq minn 50 sena, Antoine Aquilina kien dominanti fuq Dennis Zammit tant li rebaħ 10-4.

Sadanittant illum jibda s-seba’ tournament ta’ kwalifikazzjoni bil-logħbiet li se jintlagħbu fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara u fil-Klabb Aniċi f’Ħal Qormi.

Ekonomija

Sport