Il-kowċ ta’ Barcellona Xavi reġa’ sejjaħ lil Pedri Gonzalez fl-iskwadra Katalana wara li kien ilu nieqes għal xahrejn sħaħ minħabba injury. Din kienet aħbar sabiħa għall-plejer żagħżugħ ta’ 20 sena li għandu talent kbir u li għal xi raġuni jew oħra ftit kellu xorti f’dawn l-aħħar xhur.
Illejla Barcellona jilagħbu kontra Real Sociedad bit-tama li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu.
Pedri ilu mal-Katalani sa mis-sena 2020 fejn lagħab 77 logħba u skorja 13-il gowl.