Hekk kif il-kowċ il-ġdid ta’ Paris St Germain Luis Enrique beda fl-irweol tiegħu tiegħu fil-belt kapitali Franċiża, kienet xi ħaġa ovvja li l-klabb se jmur lejn is-suq Spanjol sabiex isaħħaħ l-iskwadra tiegħu.
Fil-fatt l-eks kowċ ta’ Barċellona u tat-tim nazzjonal Spanjol irrakkomanda lid-diriġenti tiegħu sabiex imorru għall-plejer ta’ nofs il-grawnd Pedri li bħalissa jilgħab ma’ Barċellona. Dan il-plejer jista’ jingħaqad ma’ Marco Asensio li ftit tal-ġimgħat ilu ffirma mal-Pariġini.