Tuesday, October 13, 2026
Home Sport Eks coach tal-għawm ikkundannat 16-il sena ħabs wara abbuż sesswali

Eks coach tal-għawm ikkundannat 16-il sena ħabs wara abbuż sesswali

0
53

L-eks coach Irlandiż tal-għawm Olimpiku, George Gibney, 78 sena, ġie kkundannat 16-il sena u tmien xhur ħabs wara li nstab ħati li abbuża sesswalment minn erba’ tfajliet u pprova jistupra waħda minnhom meta kellha 12-il sena. 

Huwa kien instab ħati fuq 40 akkuża relatata ma’ reati mwettqa fis-snin 70 u 80. 

Gibney kien ilu jgħix fl-Istati Uniti qabel ma ġie estradit lejn l-Irlanda. Il-każ reġa’ ħa l-ħajja wara sensiela ta’ podcasts tal-BBC fl-2020. Il-kundanna ġiet deskritta bħala ġustizzja għall-vittmi, li stennew aktar minn tliet deċennji.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here