Coventry kisbu rebħa kbira hekk kif umiljaw lil Newcastle United bl-iskor ta’ 4-1.
Wara li Jack Rudoni li fetaħ l-iskor fis-sitt minuta minn penalty, Sidiki Cherif irdoppja l-vantaġġ tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqisma, b’xutt fil-baxx li spiċċa fix-xibka.
Newcastle wieġbu permezz ta’ Sven Botman (70), li skorja b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa. Madankollu, Ellis Simms (81) reġa’ kabbar il-vantaġġ ta’ Coventry, qabel ma Stephen Mfuni (86) issiġilla r-rebħa bir-raba’ goal.
It-team immexxi minn Frank Lampard wera karattru u determinazzjoni, filwaqt li Newcastle komplew juru d-dgħufijiet difensivi tagħhom.
Dan biex Coventry telgħu fl-14-il post, żewġ punti taħt l-istess Newcastle.





