Meta llum u għada tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League, il-partita bejn Manchester City u Paris St-Germain hija l-aktar li tispikka hekk kif it-team tal-mument, Manchester City, jospitaw liċ-champions renjanti.
Is-City bdew l-avventura tagħhom f’din il-kompetizzjoni b’rebħa ta’ 2-0 fuq Porto filwaqt li PSG għelbu lil Slovan Bratislava 6-1.
Barra minn hekk it-team Ingliż jinsab fil-quċċata tal-Premier League, meta rebaħ il-partiti kollha tiegħu filwaqt li PSG ġabru tmien punti mill-ewwel ħames logħbiet tagħhom f’Ligue 1.
*Atletico Madrid jilqgħu lil Manchester United wara li fl-ewwel ġurnata sfaw megħluba 2-1 minn Liverpool. Iżda Atletico rreaġixxew bi tliet rebħiet konsekuttivi f’La Liga, fosthom kontra Real Madrid (2-1). Manchester United bdew b’rebħa ta’ 4-0 kontra Sabah, iżda r-riżultati tagħhom fil-kampjonat kienu inkonsistenti. Il-forma riċenti u l-vantaġġ li se jkunu li qed jilagħbu f’darhom, il-Madrileni jibdew bħala favoriti.
*Partita interessanti hija bejn Roma u Real Madrid. Roma bdew il-kampanja Ewropea bi draw ta’ 1-1 kontra Fenerbahce, filwaqt li Real Madrid għelbu lil Inter 2-1. Il-Giallorossi għadhom mingħajr telfa fis-Serie A, bi 11-il punt minn ħames logħbiet fejn skorjaw ukoll 14-il goal. Madankollu, id-difiża tagħhom se jkollha sfida diffiċli kontra l-attakk perikoluż ta’ Real Madrid.
*Barcelona jmorru jilagħbu għand Galatasaray fejn itteam Tork beda b’telfa ta’ 3-1 kontra Sporting CP, filwaqt li Barcelona għelbu lil Feyenoord 5-1. Barcelona rebħu l-ewwel seba’ logħbiet tagħhom f’LaLiga, fejn skorjaw 31 goal u sofrew sebgħa. Galatasaray kellhom bidu inkonsistenti fil-kampjonat domestiku. Il-Katalani jistgħu jkollhom lil Raphinha u lil Eric Garcia neqsin minħabba problemi fiżiċi, fattur li jista’ jinfluwenza l-għażla tat-team.
*Arsenal jibdew favoriti netti meta, fl-Emirates Stadium, jaffrontaw lil Lille ta’ Franza. Huma jinsabu fit-tieni post tal-Premier League u ġejjin minn rebħa ta’ 2-1 kontra Leeds United. Fl-ewwel logħba Ewropea, Arsenal għelbu lil Napoli 1-0. Lille wkoll jinsabu fit-tieni post f’Ligue 1, iżda bdew iċ-Champions League b’telfa ta’ 3-2 kontra Real Betis.




