Thursday, November 7, 2024

Perrier tniedi l-PERRIER®+STARCK®, kollaborazzjoni oriġinali mal-kreatur Franċiż internazzjonali Philippe Starck

Aqra wkoll

PERRIER® qed tfakkar il-160 anniversarju tagħha u qed tkompli tirriġenera. Biex tiċċelebra din l-okkażjoni b’talent u bi stil, PERRIER® qed tagħti dehra differenti lill-flixkun aħdar ikoniku tagħha b’edizzjoni limitata msejħa PERRIER®+STARCK®, verżjoni ġdida tal-flixkun ikoniku tal-ħġieġ tagħha għall-ewwel darba fl-istorja. B’dan id-disinn il-ġdid ta’ Starck, il-flixkun tal-PERRIER® inbidel f’oġġett distint, uniku, kreattiv, u eleganti mingħajr ma ntmesset il-forma tipika tiegħu.

Din l-edizzjoni ġiet ispirata mid-disinn tal-lenti ottika ta’ Fresnel u l-mod li  minnha ssir id-diffrazzjoni tad-dawl. Iċ-ċrieki rqaq, wieħed fuq l-ieħor, minsuġin fil-ħġieġ tal-flixkun tal-edizzjoni PERRIER®+STARCK® joħolqu interess viżiv b’logħba bid-dawl li tkompli tqanqal id-dehra ta’ dan is-sors ta’ enerġija qawwja u ta’ poeżija bis-saħħa tal-bżieżaq ifexfxu ġo fih.

Din hija tabilħaqq evoluzzjoni kreattiva, kemm fid-disinn u kemm fil-funzjonalità, li tiċċelebra l-enerġija leġġendarja tas-simbolu Franċiż, PERRIER®.

Philippe Starck jirrakkonta li, “PERRIER®, marka rikonoxxuta mad-dinja u monument ta’ wirt Franċiż, avviċinatni biex naħdem fuq disinn ġdid għall-flixkun ikoniku tagħha.

Filwaqt li ma bdiltx id-disinn ta’ din l-ikona globali, lgħabt ftit mal-għamla tal-flixkun biex noħroġ b’xi ħaġa ġdida, differenti, li tgħodd għal kull żmien. Biż-żieda taċ-ċrieki orizzontali mill-qiegħ sal-għonq tal-flixkun, jidhirli li ħloqt disinn tekniku għall-aħħar u sod.

Imma mhix biss kwistjoni ta’ teknika. Hi wkoll esplorazzjoni tal-mhux magħruf. Fil-proġett tiegħi dak li mhuwiex magħruf jissarraf f’bużżieqa li sservi ta’ lenti u, bis-saħħa tal-istruttura tal-lenti ta’ Fresnel, stajt noħIoq sorpriża ottika li tqanqal il-kurżità u l-fantasija.

Meta kont tifel dejjem kont nibża’ li l-flixkun jiżloqli minn idejja. Kont inżommu sod u nagħfsu sew sa ma nweġġa’. Għalhekk għażilt dan id-disinn bl-istrixxi minsuġin fil-ħġieġ. Il-flixkun jaqbad miegħi u jien naqbad mal-flixkun: logħba oħra fl-istess ħin.

U dan kollu tista’ tarah fid-disinn il-ġdid tal-flixkun, li l-bżieżaq mill-ħġieġ tiegħu jidhru tassew affaxxinanti.

Philippe Starck hu kreatur magħruf mad-dinja b’ħila inventiva versatili, dejjem iffukat fuq l-essenzjal. Il-viżjoni tiegħu: li dak li joħloq, hi x’inhi l-għamla tiegħu, għandu jtejjeb il-ħajja tal-akbar ammont ta’ nies possibbli. Din il-filosofija sarrfitu f’wieħed mill-pijunieri u l-figuri ċentrali tal-kunċett tad-“disinn demokratiku”. Bis-saħħa tax-xogħlijiet prolifiċi tiegħu fl-oqsma kollha tal-ħajja, minn prodotti ta’ kuljum (għamara, magna li tagħsar iċ-ċitru, roti elettriċi, turbina tar-riħ), sa proġetti arkitettoniċi (lukandi u restoranti li jaspiraw li jkunu postijiet stimulanti) u proġetti ta’ inġinerija navali u spazjali, qed ikompli jwessa’ l-fruntieri tad-disinji tiegħu u jsir wieħed mill-aktar kreaturi viżjonarji u magħrufa fix-xena kontemporanja tad-dinja.

Fl-1906, St John Harmsworth, il-fundatur u s-sid tal-marka PERRIER®, imwieled l-Ingilterra, iddisinja l-flixkun l-aħdar famuż tal-marka ispirat mid-disinn eleganti u prattiku tal-clubs Indjani tal-juggling li kien jipprattika bihom ta’ kuljum.

tkompli f’paġna 2

15.01.2024

Perrier tniedi l-PERRIER®+STARCK®, kollaborazzjoni oriġinali
mal-kreatur Franċiż internazzjonali Philippe Starck
/paġna 2

Minn imwejjed irjali ta’ Buckingham Palace sa immaġnijiet spikkanti maħluqa mill-marka, l-għamla leġġendarja tal-flixkun ftit li xejn inbidlet tul is-snin, u b’hekk din l-ikona internazzjonali għoliet fl-istatus tagħha.

Il-flixkun tal-PERRIER® ħareġ l-ewwel darba f’Vergèze, in-naħa t’isfel ta’ Franza, u għadu jiġi mmanifatturat hemm sal-lum mill-materjal lokali.

Philippe Starck huwa l-ewwel kreatur li ġie mistieden jiddisinja mill-ġdid il-forma ikonika tal-flixkun aħdar famuż tal-PERRIER®. Id-disinn tal-PERRIER®+STARCK® hu l-aħħar xhieda tat-tradizzjoni twila ta’ kollaborazzjonijiet tal-marka ma’ persuni kreattivi internazzjonali.

F’dawn il-160 sena PERRIER® ħadmet ma’ wħud mill-aktar artisti influwenti u kreattivi fid-dinja, fosthom Andy Warhol, Salvador Dalí, Bernard Villemot, Raymond Savignac, Jean Carlu, Jean-Gabriel Domergue u Takashi Murakami li, bil-viżjoni artistika unika tagħhom, ilkoll taw sehemhom ħalli jkomplu jġeddu d-dehra ta’ dan is-simbolu Franċiż magħruf u maħbub globalment.

L-edizzjoni limitata tal-PERRIER®+STARCK® tinsab esklużivament mingħand Farsonsdirect, The Brewery, Triq l-Imdina, Żona 2, Central Business District, l-Imrieħel, jew mis-sit: https://bit.ly/47rJpuS.   

PERRIER® hu impurtat, irreklamat u mqassam minn Farsons Beverage Imports Co (FBIC) Ltd, membru tal-Grupp Farsons.

Sport