Tuesday, April 23, 2024

Persuna l-Isptar wara li waqgħet parti minn saqaf ta’ residenza f’Birkirkara

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 19-il sena ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni kien involut f’inċident f’residenza fi Triq Santu Rokku f’Birkirkara.

Kelliem mid-Dipartiment tal-Protezzjoni kkonferma ma’ dan is-sit li l-inċident seħħ meta kawża ta’ qasma fis-saqaf waqgħet galletta mis-saqaf u ġiet fuq iż-żagħżugħ.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lejn l-Isptar. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

Sport