Is-sit tal-lotterija Mega Millions ħabbar li persuna rebħet il-jackpot ta’ $1.34 biljun, grazzi għal biljett li nxtara minn Illinois fl-Istati Uniti tal-Amerika. S’issa l-persuna rebbieħa għadha ma sarrfitx il-biljett.
Il-persuna rebbieħa issa għandha żewġ għażliet quddiemha: dik li jew tingħata s-somma f’daqqa – li tiġi mnaqqsa għal $780.5 miljun – jew inkella tingħata l-premju kollu iżda fuq perjodu ta’ 29 sena. Il-probabbiltà li tirbaħ il-jackpot ta’ Mega Millions hija baxxa immens – dik ta’ wieħed minn 300 miljun. Il-biljett rebbieħ kellu dawn in-numru 13, 36, 45, 57 u 67 – b’Mega Ball ta’ 14.
L-ikbar premju qatt mirbuħ ta’ Mega Million kien dak tal-2016 meta s-somma kienet ta’ $1.586 biljun li din kienet inqasment bejn tlieta.