Thursday, April 18, 2024

Joe Biden jerġa’ jittestja pożittiv għall-Covid-19 ftit jiem wara li kellu riżultat negattiv

Aqra wkoll

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden reġa’ rriżulta pożittiv għall-Covid-19 f’dak li kien deskritt mit-tabib tiegħu bħala “rebound infection”.

Il-President ta’ 79 sena kien irriżulta pożittiv għall-vi­rus fil-21 ta’ Lulju, u dak­inhar kien irrapportat li qiegħed jesperjenza biss sintomi ħfief. Ftit wara hu kien qal li se joqgħod f’iżolament għal xi jiem biex b’hekk jipproteġi lil dawk ta’ madwaru. Imbagħad f’testijiet li kienu saru bejn it-Tlieta u nhar il-Ġimgħa li għaddew il-President kien ittestja negattiv għall-virus, iżda fl-aħħar sigħat reġa’ ttestja pożittiv. 

F’ittra li kiteb it-tabib personali ta’ Biden, Dr Kevin O’Connor, qal li s’issa ma jidhirx li hemm bżonn xi trattament speċifiku u l-president se jibqa’ biss “taħt osservazzoni”. 

O’Connor qal li Biden kien qiegħed jieħu l-mediċina Paxlovix, li hija waħda antivirali, u tenna li kien hemm “persentaġġ żgħir” ta’ pazjenti li ħadu din il-mediċina u esperjenzaw “rebound” (qabża lura) tal-Covid-19.

Ekonomija

Sport