Sunday, December 22, 2024

Pete Buttigieg se jsir missier flimkien mar-raġel tiegħu Chasten

Aqra wkoll

Kien proprju fl-aħħar sigħat li permezz tas-sit soċjali tiegħu, Pete Buttiġieġ, li hu Segretarju tat-Trasport tal-Istati Uniti ħabbar li hu u r-raġel tiegħu Chasten se jsiru ġenituri.

Buttigieg li għandu dixxendenza Maltija kien wieħed mill-kandidati Demokratiċi għall-President Amerikan.

Buttiġieġ iddikjara li  hu u Chasten, ilhom bix-xewqa li jibnu familja. Iddikjara li  “Ninsabu kuntenti li issa nistgħu nħabbru li se nsiru ġenituri!”. qal Buttigieg li kien wieħed mill-kandidati Demokratiċi għall-President Amerikan.

Huwa qal li l-proċess għadu għaddej u ma naqasx li jirringrazzja  lil dawk kollha li tawhom l-appoġġ tagħhom u rrispettaw il-privatezza tagħhom.

Pete Buttiġieġ u r-raġel tiegħu kienu ilhom għal dawn l-aħħar xhur jippruvaw jadottaw  u anke kienu poġġew isimhom fuq il-lista ta’ adozzjonijiet li tippermettilhom jadottaw tarbija li tkun ġiet abbandunata.  

Kien wieġbu l-Arċiqof Scicluna

Ta’ min jgħid li Pete Buttiġieġ kien qajjem dibattitu u kontroversja sħiħa  meta qal lid-Direttur Eżekuttiv tad-Demokratiċi Favur il-Ħajja li ma jkunx lest li jibdel il-pożizzjoni tal-partit u jieħu pożizzjoni aktar moderata dwar id-dritt tal-abort.

“Jien Demokratika Favur il-Ħajja u kburija,” weġbitu Kristen Day waqt dibattitu qabel l-elezzjonijiet fl-Istat ta’ Iowa. “Int tridu l-appoġġ tad-Demokratiċi Favur il-Ħajja? Aħna qegħdin madwar 21 miljun u jekk trid il-vot tagħna lest li tadotta pożizzjoni aktar moderata tal-partit dwar l-abort biex tassigura li l-Partit Demokratiku hu partit tad-diversità u inklużjoni u jilqa’ lil kulħadd?”.

Buttiġieġ iżda kien ċar ħafna u qalilha li “l-aktar li nista’ noffri hu li ma nistgħux naqblu fejn għandna niġbdu l-linja u allura nistgħu naqblu dwar min għandu jiġbed il-linja u jieħu d-deċiżjoni u fil-fehma tiegħi għandha tkun il-mara li tiddeċiedi.”

Ma’ dan imbagħad ir-raġel ta’ Pete Buttgieg kiteb fuq Twitter li, “jien nixtieq nara futur fejn kull tarbija tkun aċċettata kif inhi u tkun mgħejjuna tikber fil-persuna li hi maħsuba li tkun.”

Din il-pożizzjoni tar-raġel ta’ Buttigieg ġibdet l-attenzjoni tal-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna li fuq Twitter, b’risposta għal din il-pożizzjoni, qallu: “Tajjeb. U futur fejn kull tarbija mhux mitwielda jkollha d-drittijiet tagħha li tgħix, tikber fil-persuna li hi maħsuba li tkun, rikonoxxuta.”

Buttigieg li għandu 39 sena, kiteb l-istorja meta sar l-ewwel persuna gay fil-Kabinett Amerikan li ġie kkonfermat fis-Senat. Huwa kien ukoll l-ewwel kandidat presidenzjali gay.

Ekonomija

Sport