Friday, April 19, 2024

Peter il-kelb tad-dwana jirnexxielu jxomm kważi $23,000 mhux dikjarati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Peter, il-kelb tad-Dwana għal darba oħra rnexxielu jxomm kważi $23,000 fuq passiġġier li kien se jħalli pajjiżna lejn l-Istanbul.

Waqt li kien qed isir l-iċċekkjar ta’ rutina mis-sezzjoni tal-AMLT u dawk mis-sezzjoni tal-klieb, Peter waqaf jagħmel reazzjoni partikolari għall-bagalja ta’ passiġġier li kien qed jistenna biex jitla’ abbord titjira lejn Istanbul.

Il-passiġġier ġie eskortat fejn wara li saret spezzjoni fuq il-passiġġier instab li kellu total ta’ $22,800.

Il-passiġġier se jkun qed jiġi mmultat skond il-proċeduri.

Sport