Pieta Hotspurs naqqxu isimhom fl-istorja bħala r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni tal-BOV Challenge Cup. F’finali eċċitanti li saret fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, Pieta kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq iċ-Champion tal-BOV Challenge League Valletta FC.
Il-BOV Challenge Cup hija kompetizzjoni ġdida, frott tal-kollaborazzjoni fit-tul bejn il-Bank of Valletta u l-Malta Football Association fejn it-timijiet kollha fil-BOV Challenge League jikkompetu f’format ta’ knockout, bi Pieta joħorġu bla telfa u jgħolli t-trofew tal-BOV Challenge Cup.
Pieta wrew l-inizjattiva fil-bidu tal-logħba iżda kienu Valletta li kellhom żewġ ċansijiet tajbin iżda laqtu l-lasta fl-ewwel ċans segwit minn save sabiħ ta’ Cini biex it-timijiet daħlu jistrieħu fuq skor ta’ 0-0. Zean Leonardi skorja l-uniki gowl tal-partita għal Pieta u kien xejnu l-attakki ta’ Valletta li ppruvaw jerġgħu jidħlu fil-logħba.
Stefan Abela, CSR Manager fil-Bank of Valletta, u Matthew Paris, Viċi President tal-Malta Football Association, ippreżentaw il-BOV Challenge Cup lil Pieta fost il-ferħ tal-partitarji leali fis-Centenary Stadium.
Din ir-rebħa mhux biss tiċċelebra r-rebħa ta’ Pieta iżda tenfasizza wkoll il-kollaborazzjoni ta’ suċċess bejn il-Bank of Valletta u l-Malta Football Association fil-promozzjoni ta’ stil ta’ ħajja b’saħħitha u attiva fost il-popolazzjoni Maltija u l-ħolqien ta’ kompetizzjonijiet ġodda għat-tgawdija tat-timijiet u tal-partitarji tagħhom.
Pieta Hotspurs jirbħu l-ewwel edizzjoni tal-BOV Challenge Cup
