Pietru Grixti huwa l-anzjan li dalgħodu miet wara li nqabad bejn trakk u ħajt fiż-Żurrieq

Aqra wkoll

Pietru Grixti, anzjan ta’ 75 sena residenti Ħal Safi, huwa l-vittma tal-inċident traġiku li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.30 fi sqaq fi Triq Wied iż-Żurrieq.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li t-trakk li kien qed juża l-vittma, għal xi raġuni mexa waħdu, bil-konsegwenza li Grixti nqabad bejn it-trakk u ħajt tas-sejjieħ.

Minkejja l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, l-anzjan ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport