Tuesday, November 10, 2026
Home Sport Vincent Kompany jirritorna fit-training ground ta’ Bayern Munich wara li kien ma...

Vincent Kompany jirritorna fit-training ground ta’ Bayern Munich wara li kien ma jiflaħx 

0
55

Il-coach ta’ Bayern Munich, Vincent Kompany, irritorna fiċ-ċentru tat-taħriġ tal-club wara li kien iddaħħal l-isptar minħabba irritazzjoni tal-meninġi. 

Il-Belġjan ta’ 40 sena kien ħassu ħażin waqt sessjoni ta’ taħriġ fit-23 ta’ Ottubru u kellu jqatta’ sitt ijiem l-isptar qabel kompla jirkupra d-dar. 

Matul l-assenza tiegħu, l-assistant coach Aaron Danks ħa r-responsabbiltá tat-team.

Ir-ritorn ta’ Kompany huwa sinjal pożittiv, iżda għadu mhux ċar meta se jkun jista’ jerġa’ jmexxi t-taħriġ u jirritorna fuq il-bank tekniku. 

Bayern qed jieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex jiżguraw li l-coach jirkupra kompletament qabel jerġa’ lura għad-dmirijiet tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here