Tuesday, May 14, 2024

PL: Ħames verżjonijiet tal-manifest tal-PN… Terms and Conditions l-unika konsistenza

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista nnota li “Iżda”, “konformi” u “kriterji” huma fost l-iktar kliem li ssib fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista. 

Fi stqarrija, il-PL qal li b’hekk l-uniku ħaġa konsistenti fil-verżjonijiet differenti tal-manifest elettorali li ħareġ bihom il-Partit Nazzjonalista hija t-terms and conditions.

“Mal-Partit Nazzjonalista mhux biss ma tafx fejn qiegħed, iżda tispiċċa li biex tibbenefika minn xi ħaġa trid toħroġ iktar milli ddaħħal.”

“Min f’ħames snin ma kienx kapaċi joħroġ b’verżjoni ta’ manifest soda u studjata, aħseb u ara kemm tista’ tafdah jagħmel budget kull sena. Bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista mmorru lura għaż-żmien fejn il-gvern joħodlok mhux jgħinek u jinċentivak. Hekk tkun il-politika tat-terms and conditions,” temm jgħid il-PL.

Sport