Sunday, December 22, 2024

Players ta’ Manchester United iħossuhom “intimidati” mill-‘mentalità’ ta’ Cristiano Ronaldo

Aqra wkoll

Xi players ta’ Manchester United qed iħossuhom “intimidati” mill-‘mentalità’ ta’ Cristiano Ronaldo f’Old Trafford.

Dan l-aħħar il-player ta’ 36 sena stqarr li kull player tar-Red Devils “jista’ jagħmel aħjar” u mhux se jaċċetta li l-club jispiċċa taħt it-tielet post fil-Premier League.

Ronaldo kellu ritorn frustranti f’Old Trafford, b’rapport preċedenti jsostni li l-wasla tal-attakkant ikkawżat tensjoni fid-dressing room u li b’riżultat ta’ dan iffurmaw ‘diversi klikek żgħar’.

Issa, numru ta’ players tal-United qed joqogħdu attenti li jagħmlu żbalji jew li jonqsu milli jwettqu l-pass korrett lil Ronaldo minħabba r-reazzjoni negattiva li jistgħu jiksbu mill-ħames darbiet rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb.

Ir-rapport isostni wkoll li Ronaldo huwa kkwotat li qal lill-players iżgħar tal-United: “Jekk ma tridux l-għajnuna tiegħi, agħmlu xogħolkom.”

Il-players tal-ewwel team ta’ United huma allegatament mdorrijin igawdu minn sessjonijiet ta’ taħriġ inqas intensi u kompetittivi meta mqabbla ma’ Ronaldo, li huwa ħerqan li jadotta diversi metodi użati qabel mil-leġġenda tal-club Sir Alex Ferguson.

Wara li nhar it-Tnejn tilef ir-rebħa tal-FA Cup kontra Aston Villa minħabba injury, Ronaldo żvela li jittama li jerġa’ jkun fil-konfront għall-partita tal-United fil-Premier League f’Villa Park is-Sibt.

Ekonomija

Sport