Real Madrid kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 kontra Villarreal, bil-goal deċiżiv jasal minn Yan Diomande, li skorja għall-ewwel darba għall-Madrileni.
Wara l-mistrieħ, Villarreal ħolqu xi opportunitajiet, iżda Thibaut Courtois żamm lil Real fil-logħba. Fit-64 minuta, Diomande rċieva pass mingħand Federico Valverde u skorja b’xutt lejn ir-rokna tax-xibka.
Fit-68 minuta, Vinicius Junior ħaseb li rdoppja l-vantaġġ, iżda l-gowl tħassar wara intervent tal-VAR, wara li ġie ġġudikat li kkommetta foul fuq Nathan Saliba.
Fit-73 minuta, l-istess Vinicius tkeċċa meta ntwera karta ħamra diretta.
U minkejja bi player inqas, it-team immexxi mill-coach José Mourinho rnexxielu jżomm il-vantaġġ sas-suffara finali.





