Fil-Bundesliga, Augsburg u Bayern Munich temmew fi draw ta’ 2-2 f’logħba drammatika, li fiha ċ-champions Ġermaniżi rkupraw darbtejn minn żvantaġġ biex żammew l-imbattibilità tagħhom fil-kampjonat.
Peró b’dawn iż-żewġ punti punti falluti, Bayern jinsabu żewġ punti taħt il-leaders Borussia Dortmund.
Kien Robin Fellhauer skorja l-aktar goal veloċi fl-istorja tal-Bundesliga, meta approfitta minn żball ta’ Manuel Neuer biex fetaħ l-iskor fi tmien sekondi biss.
Luis Diaz ħaseb li kiseb id-draw għal Bayern, iżda l-goal tħassar għal offside.
Iżda Ismael Saibari (55) kiseb id-draw, qabel Rodrigo Ribeiro (62) reġa’ poġġa lil Augsburg fil-vantaġġ. Nathaniel Brown kiseb id-draw għal Bayern wara azzjoni bejn Harry Kane u Aleksandar Pavlovic.





