Sunday, October 11, 2026
Home Sport Serie A: Rebħa komda ta’ Napoli fuq Frosinone

Serie A: Rebħa komda ta’ Napoli fuq Frosinone

0
48

Fis-Serie A, Napoli ospitaw lil Frosinone u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0 biex din kienet it-tielet rebħa tal-istaġun minn sitt partiti.

Kien Kevin De Bruyne li fetaħ l-iskor fid-29 minuta minn penalty wara li Rasmus Hojlund kien waqqa’ fil-kaxxa. Tliet minuti wara, Noa Lang irdoppja l-vantaġġ minn quddiem lasta vojta.

Frosinone ftit li xejn irnexxielhom joħolqu periklu, filwaqt li Napoli komplew jikkontrollaw il-logħba fit-tieni taqsima. 

De Bruyne skorja t-tielet goal fl-94 minuta, u ssiġilla rebħa komda għall-Partenopei, li telgħu għal għaxar punti biex laħqu lill-istess Frosinone fil-klassfika flimkien ma’ Juventus u Como iżda l-aħħar żewġ timijiet lagħbu partita inqas.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here