Tottenham Hotspur salvaw punt kontra Manchester United fi draw ta’ 1-1 f’Old Trafford, wara li skorjaw fit-tmien minuta tal-ħin miżjud.
B’dan id-draw, issa r-Red Devils ilhom ma jirbħu għal dawn l-aħħar partiti fil-kompetizzjonijiet domestiċi.
Tottenham kienu l-aħjar team fl-ewwel taqsima, iżda ħlew diversi opportunitajiet. Fit-tieni taqsima, Manchester United tjiebu u Matheus Cunha ta l-assist lil Bryan Mbeumo, li fetaħ l-iskor ftit aktar minn 15-il minuta mit-tmiem.
Il-problemi għal Spurs komplew jikbru meta Rodrigo Bentancur tkeċċa ħames minuti wara. Madankollu, Dominic Solanke skorja l-goal tad-draw b’daqqa ta’ ras fil-ħin miżjud, biex għen lil Tottenham jinqalgħu mill-aħħar post tal-klassifika.





