Sunday, December 22, 2024

“Poġġejna fuq il-mejda tan-negozjati proposta b’saħħitha ħafna għall-edukaturi”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Fuq il-mejda tan-negozjati poġġejna proposta b’saħħitha ħafna li tagħmel ġustizzja mal-edukaturi. Proposta li hi ferm u ferm aktar b’saħħitha miż-żidiet li konna tajna ħames snin ilu fir-reviżjoni tal-aħħar ftehim kollettiv.” 

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela meta lbieraħ kien qed jindirizza attività politika fiċ-Ċentru Laburista tal-Marsa fejn għal darba oħra ta importanza għad-djalogu biex tiġi żblokkata l-kwistjoni marbuta mal-kundizzjonijiet tal-edukaturi. 

Proprju għada se jkun qed isir strajk tal-għalliema li ssejjaħ mill-Union tal-Għalliema (MUT), bil-Gvern iħejji pjan ta’ kontinġenza bi prijorità li l-istudenti fl-iskejjel ikunu mħarsa u tingħata kull attenzjoni għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom.

Processed with VSCO with g6 preset

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru sostna li għalkemm il-laqgħat ta’ konċiljazzjoni ma ntemmux bir-riżultat mixtieq, dan il-Gvern qatt ma qal li ma jridx ikompli jiddiskuti. Però, saħaq li jerġgħu jpoġġu madwar il-mejda mal-mument li jkunu rtirati l-azzjonijiet industrijali.

“Dan għaliex mhux sew ibatu t-tfal meta hemm proposta li ttejjeb b’mod qawwi l-kundizzjonijiet tal-edukaturi tagħna. Dan hu Gvern tal-ħaddiema u għalhekk lesti nibqgħu niddiskutu, iżda mhux bl-azzjonijiet. Bit-theddid ma jsirux diskussjonijiet,” kompla jgħid Dr Abela. 

Huwa sostna wkoll kif dan il-Gvern mhux talli jżomm mal-ftehim li jiffirma imma talli jmur oltre. Żied ifakkar kif taħt Gvern Nazzjonalista, l-għalliema tħallew bi ftehim li ma jiskadi qatt.

Min-naħa l-oħra, Il-Prim Ministru qal li dan il-Gvern, ħames snin ilu ta ftehim u dan ingħata skadenza għax bħala f’setturi oħra l-kundizzjonijiet iridu jitjiebu kull tant żmien. Huwa esprima l-konvinzjoni tiegħu li kif waslu ma’ tant u tant ħaddiema, hekk ukoll se jaslu għal ftehim li se jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema. 

“Tgħid mhux se jkun il-moviment soċjalista li jkun xħiħ mal-ħaddiema? Magħna l-poplu jaf fejn qiegħed u l-ħaddiema kollha tal-pajjiż jafu fejn qegħdin,” tenna l-Prim Ministru.

Ekonomija

Sport