Tuesday, December 24, 2024

Polo: Team Coca Cola jirbaħ il-King of Spain Cup

Aqra wkoll

Team Coca Cola rebaħ il-King of Spain Cup, tournament organizzat mill-Malta Polo Club. Dan it-tim iffurmat mill-captain Matthew Borg, Greg Gera, Patricio Rattagan u Simon Psaila kien konsistenti tul il-chukkas kollha li lagħbu sabiex meritatament ħarġu rebbieħa.

Fil-fatt, Team Coca Cola għeleb lil Team Dragonara 7-1 u lil Team Veuve Cliquot 3-0 sabiex kiseb sitt punti f’din il-kompetizzjoni.

Fit-tieni post spiċċaw Team Veuve Cliquot magħmula minn Mariano Lopez, Jeremy Besancon, Ivan Camilleri u Chris Delia li għelbu lil Team Dragonara 5-3. Dawn tal-aħħar spiċċaw fit-tielet post bit-tim li kien magħmul minn Gaston Etcheberry, Karl Galea, Jean Vella u Matthew Grech.

Għal dan it-tournament, il-Malta Polo Club biddel il-format tal-kompetizzjoni għal stil Amerikan fejn inkluda wkoll xi plejers professjonali Arġentini li tħalltu ma’ plejers Maltin u fejn il-kwalita’ ta’ logħob kien wieħed għoli.

Fi tmiem il-konfront, l-ambaxxatur Spanjol għal Malta l-Eċċellenza tiegħu Jose Maria Muriel Palomino ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Team Coca Cola Matthew Borg.

Ekonomija

Sport