Tuesday, December 24, 2024

Polo: Team Finestral jibbrilla fil-Prince Louis Cup

Aqra wkoll

Team Finestral rebaħ il-Prince Louis Cup organizzata mill-Malta Polo Club wara li rebaħ il-logħbiet kollha li lagħab. Huma wrew konsistenza kbira tul iċ-chukkas li ħadu sehem fihom u ma kinitx sorpriża li ħarġu rebbieħa. Dan it-tim kien magħmul minn Luca Antonio Gatt PaceMoore, Jean Vella, Martin Arrigo u l-captain Greg Gera.

Fit-tieni post ta’ dan it-tournament spiċċaw Team Schweppes b’Veuve Cliquot li ħadu t-tielet pożizzjoni.

Sadanittant nhar il-Ħadd li ġej il-Malta Polo Club se torganizza l-kompetizzjoni taċ-Challenge Cup li se jkollu plejers femminili. Dan l-avveniment li se jsir bl-appoġġ ta’ EquestriMalta se jipparteċipaw tliet timijiet.

Team A se jkun magħmul minn Alicia Velema, Petra Vella, Nicole Spiteri u Kim Besancon.

Min-naħa l-oħra, Annie Wightman, Christie Massaloux, Serena Galea u Bex Gera se jiffurmaw team B filwaqt li Team C fih hemm Sarah Manduca, Emma Aquilina, Francesca Camilleri u Nikki Fenech Conti.

Iċ-Challenge Cup se ssir fil-Malta Equidrome u l-ewwel throw-in se tibda fis-6.15pm.

Ekonomija

Sport