Wednesday, July 24, 2024

Poloz tal-k/finali tal-UCL: Man City v Real Madrid l-akbar attrazzjoni

Aqra wkoll

Meta ttellgħu l-poloz tal-kwarti-finali tal-UEFA Champions League, iċ-champions renjanti Manchester City se jiffaċċjaw lit-team qawwi ta’ Real Madrid u rebbieħa 14-il darba ta’ dan l-unur tant prestiġjuż.

Arsenal se jospitaw lil Bayern Munich, li fl-iskwadra tagħhom għandhom lill-captain tal-Ingilterra, Harry Kane, fl-Emirates Stadium fl-ewwel leg.

Intant, dan huwa t-tielet staġun konsekuttiv li s-City, se jiltaqgħu ma’ Real fl-istadji tan-knockout.

L-ewwel legs isiru bejn id-9 u l-10 ta’ April, bit-tieni legs bejn is-16 u s-17 ta’ April.

Jekk Arsenal u City jirbħu l-partiti tagħhom iż-żewġ timijiiet tal-Premier League jiffaċċaw lil xulxin fis-semi-finali.

Fil-poloz l-oħra, Barcelona, li rebħu din it-tazza ħames darbiet,  se jilagħbu kontra ċ-champions Franċiżi Paris St-Germain, filwaqt li Atletico Madrid, li jinsabu fir-raba’ post ta’ La Liga, jilqgħu lill-oppożizzjoni Ġermaniża Borussia Dortmund.

Is-semifinali se jsiru fit-30 ta’ April u fl-1 ta’ Mejju, bit-tieni legs ġimgħa wara bejn is-7 u t-8 ta’ Mejju.

Wembley Stadium se jospita l-finali ta’ din is-sena nhar is-Sibt, 1 ta’ Ġunju.

Il-poloz tal-kwarti-finali huma:

Arsenal v Bayern Munich

Atletico Madrid v Borussia Dortmund

Paris St-Germain v Barcelona

Real Madrid v Manchester City

Is-semi-finali se jintlagħbu kif ġej:

Atletico Madrid/Borussia Dortmund v Paris St-Germain/Barcelona

Arsenal/Bayern Munich v Real Madrid/Manchester City

Ekonomija

Sport