Thursday, September 19, 2024

Poloz tal-UEL: Rangers se jilagħbu kontra Man Utd u Tottenham

Aqra wkoll

Il-Ġimgħa, fil-Grimaldi Forum, ittellgħu l-poloz tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Europa League u tal-UEFA Europa Conference League.

L-istess bħall-format il-ġdid taċ-Champions League għal dan l-istaġun, tneħħiet il-Fażi tal-Gruppi minn dawn iż-żewġ kompetizzjoijiet biex minflok ġiet introdotta l-Fażi tal-Kampjonat.

Dan ifisser li fl-Europa League kull team jilgħab kontra tmien avversarji differenti – erbgħa logħbiet f’darhom u erba’  barra minn darhom – fejn ikun hemm klassifika waħda li tikkonsisti f’36 team.

L-ewwel tmien timijiet li jtemmu fil-klassifika, jikkwalifikaw direttament fil-fażi eliminatorja filwaqt li dawk it-timijiet li jispiċċaw mid-disa’ sal-24 post jilgħabu fi play-off fuq bażi ta’ home u away.

Imbagħad, dawk li jispiċċaw mill-25 sas-36 post jiġu eliminati għal kollox mill-kompetizzjoni. 

Il-partiti se jintlagħbu fil-25-26 ta’ Settembru, 3 ta’ Ottubru, 24 ta’ Ottubru, 7 ta’ Novembru, 28 ta’ Novembru, 12 ta’ Diċembru, 23 ta’ Jannar u 30 ta’ Jannar.

Madankollu, id-dati preċiżi ta’ dawn il-partiti mhux se jkunu konfermati sa aktar tard illum, bħaċ-Champions League.

Żewġ fixtures partikolari huma bejn l-Iskoċċiżi ta’ Glasgow Rangers li se jaffrontaw liż-żewġ timijiet Ingliżi, Manchester United u Tottenham Hotspur, f’dik li hija meqjusa bħala l-’Battalja tal-Brittanja’.

Atalanta rebħu t-trofew tal-Europa League fl-2024, iżda kkwalifikaw għaċ-Champions League.

Il-poloz tal-UEFA Europa League tad-disa’ timi­jiet li kienu li kienu ssidjati f’Pot 1 huma:

Roma: Frankfurt (H); Tottenham (A); Braga (H); AZ Alkmaar (A); Dynamo Kyiv (H); Union SG (A); Athletic Club (H); Elfsborg (A).

MANCHESTER UNITED: Rangers (H); Porto (A); PAOK (H); Fenerbahce (A); Bodo/Glimt (H); Viktoria Plzen (A); Twente (H); Steaua Bucharest (A).

FC Porto: Manchester United (H); Lazio (A); Olym­piakos (H); Maccabi Tel-Aviv (A); Midtjylland (H); Bodo/Glimt (A); Hoffenheim (H); Anderlecht (A).

Ajax: Lazio (H); Slavia Prague (A); Maccabi Tel-Aviv (H); Real Sociedad (A); Galatasaray (H); Qarabag (A); Besiktas (H); RF Riga (A).

Rangers: Tottenham (H); Manchester United (A); Lyon (H); Olympiakos (A); Union SG (H); Malmo (A); Steaua Bucharest (H); Nice (A).

Eintracht Frankfurt: Slavia Prague (H); Roma (A); Ferencvaros (H); Lyon (A); Viktoria Plzen (H); Midtjylland (A); RF Riga (H); Besiktas (A).

Lazio: Porto (H); Ajax (A); Real Sociedad (H); Braga (A); Ludogorets (H); Dynamo Kyiv (A); Nice (H); Twente (A).

Tottenham: Roma (H); Rangers (A); AZ Alkmaar (H); Ferencvaros (A); Qarabag (H); Galatasaray (A); Elfsborg (H); Hoffenheim (A).

Slavia Prague: Ajax (H); Frankfurt (A); Fenerbahce (H); PAOK (A); Malmo (H); Ludogorets (A); Anderlecht (H); Athletic Club (A).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport