Saturday, December 21, 2024

Portuġiżi jipprotestaw minħabba n-nuqqas ta’ affordabbilità tal-housing

Aqra wkoll

Eluf ta’ nies, il-maġġorparti tagħhom Portugiżi ħarġu jipprotestaw f’Liżbona u f’24 belt oħra tal-Portugal. Dan hekk kif huma qegħdin isostnu li qed jinkisrilhom id-dritt bażiku u kostituzzjonali minħabba li saret diffiċli immens biex wieħed jikseb akkomodazzjoni diċenti. 

Dawn il-protesti saru kmieni il-Ħadd u kienu organizzati minn gruppi tas-soċjetà ċivili. Din kienet it-tieni dimostrazzjoni li saret matul din is-sena favur il-housing affordabbli.

Huwa mifhum li l-istess protesti qegħdin isiru minħabba l-fatt li l-maġġorparti taċ-ċittadini Portugiżi qegħdin isibuha impossibli li jidħlu fis-suq tal-proprjetà fid-dawl tal-prezzijiet tal-kiri u x-xiri tad-djar. Intqal li dawn il-prezzijiet qegħdin jogħlew b’mod konsistenti.

Sabiex din il-problema tiġi indirizzata, il-Gvern Soċjalista Portugiż kien ħabbar pakkett ta’ miżuri. Minkejja dan kollu, iċ-ċittadini tal-pajjiż qed isostnu li l-istess miżuri imħabbra mill-Gvern mhumiex qed jindirizzaw il-problema b’mod sħiħ. 

Ekonomija

Sport